“Dan il-proġett jikkonferma kif il-Gvern qed jibqa’ jinvesti fil-Kunsilli Lokali sabiex jagħmlu differenza konkreta fil-ħajja tan-nies. Il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta qed jagħti eżempju ta’ tmexxija tajba, fejn is-sigurtà, l-aċċessibbiltà u l-indafa jmorru id f’id ma’ spazji pubbliċi ta’ kwalità għolja. Proġetti bħal dawn juru kemm il-Kunsilli Lokali jistgħu jkunu strumentali u effettivi għat-titjib tal-ħajja fil-komunitajiet,” temmet tgħid is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli.
Min-naħa tiegħu, is-Sindku tal-Belt Valletta, Olaf McKay, qal kif dan l-investiment jikkonferma l-impenn tal-Kunsill biex il-Belt Valletta tkun belt aktar sigura, nadifa u organizzata, fejn kull rokna pubblika tkun imħarsa u adattata għaċ-ċittadini kollha.
“Dan il-proġett hu eżempju ċar ta’ kif l-investiment f’żoni pubbliċi jista’ jagħmel differenza konkreta fil-kwalità tal-ħajja tan-nies. Għandna responsabbiltà lejn il-komunità sabiex nipproteġu u nsaħħu l-ispazji tagħna, mhux biss bis-sigurtà, imma wkoll bil-ġmiel u l-aċċessibbiltà. Ġnien Hastings jista’ jitgawda minn kulħadd u se nkomplu naħdmu biex jibqa’ spazju sigur u mill-isbaħ fil-Belt Kapitali,” temm jgħid is-Sindku.