Sunday, May 19, 2024

Jitnaqqsu l-attivitajiet għall-festa ta’ Lourdes f’Raħal Ġdid minħabba li hemm nuqqas ta’ finanzi

Aqra wkoll

Fis-sigħat li għaddew, l-Għaqda Armar Festa Lourdes, b’dispjaċir ħabbret li din is-sena għall-festa ta’ Lourdes f’Raħal Ġdid se jkollom jitnaqqsu l-attivitajiet minħabba li hemm nuqqas ta’ finanzi. Dan minħabba l-pandemija tal-Covid li kien hawn f’dawn l-aħħar sentejn.

“B’dispjacir kbir kellna nnaqqsu l-maġġor parti tal-attivitajiet għall-festa tal-patruna tagħna l-Madonna ta’ Lourdes. Dan għaliex ġbir f’dawn is-sentejn ma sar xejn biex ma nkunux qed induru fid-djar tan-nies, anka għaliex nafu li ħafna batew finanzjarjament minħabba l-pandemija u għalhekk kellna nuqqas kbir t’għajnuna finanzjarja li fis-snin li għaddew kienu l-qofol tal-festa u tal-attivitajiet” Spjegat l-għaqda.

Din l-għaqda qalet ukoll li se jiġi żarmat uħud mill-armar li ntrama f’dawn l-aħħar jiem, minhabba li msemmi l-maltemp. Iżda qalet li jekk il-Ħadd joħroġ temp sabiħ, se jkunu qed jarmaw l-akkwati tal-Knisja.

L-għaqda qalet li waħda mill-attivitajiet ta’ din is-sena se tkun il-ħruġ tal-Madonna nhar il-Ħadd kif inhu ppjanat. L-Għaqda Armar Festa Lourdes rringrazzjat lil dawk kollha li jagħtu s-sapport tagħhom kemm finanzjarju kif ukoll morali lejn din il-festa li hija tant għal qalb in-nies.

Sport