Uffiċjali tal-Pulizija, membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u uffiċjali oħra wettqu ħidma biex tneħħa l-periklu kkawżat minn siġra kbira li fl-aħħar sigħat nqalgħet u spiċċat tostakola Triq in-Nutar Zarb f’Ħ’Attard.
Jidher li din is-siġra tqaċċtet mill-għeruq kawża tal-maltemp li ħakem iż-żona u fost ħsarat oħra jidher li ġiet ikkawżata xi ħsara fil-bankina kif ukoll arblu tad-dawl li kien hemm viċin.
Minkejja dawn il-ħsarat infrastrutturali, b’xorti tajba jidher li ħadd ma ndarab f’dan l-inċident li seta’ kellu eżitu ferm agħar minn hekk.