Tuesday, September 16, 2025

Jitneħħa kliem ta’ mibegħda kontra barranin f’pajjiżna

Aqra wkoll

Attivisti minn pajjiżi terzi lbieraħ filgħodu sebħu jneħħu kliem ta’ mibegħda li nkiteb mal-ħitan tas-subway li hemm qrib il-Bieb tal-Bombi. 

Dan il-kliem kien joffendi lill-komunità Indjana, Pakistana u tan-Nepal, filwaqt li kitba oħra kienet tgħid lil dawn biex jitilqu lura lejn pajjiżhom. 

Kliem bħal dan mhux aċċettabbli fis-soċjetà tagħna għaliex iqanqal mibegħda razzjali kontra barranin li huma fostna. Dan ukoll ma jagħmilx ġieħ lill-poplu Malti li huwa magħruf għall-ospitalità u l-ġenerożità tiegħu lejn komunitajiet barranin u jistmerr il-mibegħda razzjali. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport