Il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta flimkien mal-Optimist Club of Malta u l-Fondazzjoni għas-Servizzi Soċjali (FSWS), iniedu il-Valletta Summer Club’ ghat-tfal beltin bejn 7-10 snin f’kollaborazzjoni mal-Melita Foundation.
Din l-ewwel edizzjoni tal-‘Valletta Summer Club’ hija inizjattiva ġdida u bla ħlas li se toffri attivitajiet edukattivi u ta’ divertiment għat-tfal Beltin matul il-ġimgħat tas-sajf.
Is-Sindku tal-Belt Valletta, Is-Sur Olaf Mc Kay qal: “Wara is-success tal- `Homework Help Club` fix-xitwa, din hija inizjattiva li timxi mal-viżjoni tagħna, klabb f`ambjent sigur, bla ħlas u edukattiv li joffri spazju pożittiv għat-tfal tagħna issa wkoll fis-sajf.” Huwa żied jgħid li dan huwa post fejn kull tifel u tifla, jħossuhom milqugħa fejn jistgħu jesprimu ruħhom.
L-edizzjoni ta’ din is- sena se tinkludi għall-ewwel darba lezzjonijiet tad-drama, esperjenzi ta’ teknoloġija virtwali, crafts, logħob interattiv u ħafna aktar.
Il-klabb se jsir kull nhar ta’ Tnejn u Ħamis bejn it-3:15pm u l-5:15pm fis-sala tal-Kunsill Lokali, u se jkun kompletament bla ħlas għat- tfal kollha li joqogħdu l-Belt. Dawn l-attivitajiet se jkunu miftuħa għat-tfal bejn is-7 u 10 snin.
Għal aktar informazzjoni ċemplu fuq 77029814 / 2247 9410 jew żuru l-Kunsill Lokali, 33-35, Triq it-Teżorerija, Misraħ ir-Repubblika, il-Belt, Valletta.