Wednesday, December 25, 2024

Jitressaq il-Qorti mixli b’permessi tax-xogħol foloz 

Aqra wkoll

Fil-Qorti, kompliet tinstema l-kumpliazzjoni fil-konfront ta’ Andre D’AMato li jinsab akkużat b’ħasil ta’ flus, frodi, falsifikazzjoni ta’ dokumenti uffiċċjali, u traffikar ta’ persuni oħrajn. 

Fost ix-xhieda preżenti, xehed raġel min-Nepal li fix-xhieda tiegħu spjega li kien ħallas madwar €4,000 biex japplika għall-permess tax-xogħol f’Malta fuq il-bażi ta’ kuntratt ta’ xogħol falz, liema kuntratt allegatament kien iffalsifikat impjegat li kien jaħdem mal-akkużat. Il-Qorti spjegat li dawn ir-reati seħħew bejn l-2018 u Mejju ta’ din is-sena. 

Fix-xhieda tiegħu, Maga dil Bahadur xehed li qabel ma wasal Malta bagħat flus kontanti lil ħabib tiegħu li qabel kien jgħix in-Nepal iżda llum -il ġurnata jgħix ġewwa pajjiżna. Spejga li dan għamlu sabiex jikseb permess tax-xogħol f’Malta. 

Min-naħa tagħha l-Prosekuzzjoni spjegat li Bahadur kien għadda dik is-somma flus lil sieħbu sabiex japplikalu għall-permess tax-xogħol f’isem kumpanija li tinsab f’Ħal Qormi. Fil-Qorti xehed ukoll d-direttur tal-kumpanija, li sostna li qatt ma sema’ b’isem Maga. 

Huwa qal ukoll li l-kuntratt ippreżentat kien iffalsifikat, inkluż il-firma tiegħu u letterhead bil-logo, li tniżżel minn sit uffiċjali. Fl-investigazzjoni ħareġ li l-applikazzjoni saret onlajn bl-e-ID tal-istess D’Amato. 

Ekonomija

Sport