Saturday, December 14, 2024

Jitressaq il-Qorti mixli li darab lil martu b’sikkina fl-ewwel lejl tas-sena

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel ta’ 58 sena sena miż-Żurrieq tressaq il-Qorti b’urġenza llejla fejn ġie akkużat li fl-ewwel lejl tas-sena kkaġuna ġrieħi lil martu.

Fil-Qorti, l-imputat ġie akkużat li fl-ewwel lejl tas-sena, darab lil martu b’daqqa ta’ sikkina f’żaqqha fost akkużi oħra.

L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih bid-difiża tagħmel it-talba għall-ħelsien mill-arrest minħabba li l-koppja għaddejjin bi proċeduri ta’ separazzjoni u b’hekk ir-raġel ma kienx se jkun qiegħed ikompli jgħix magħha. Il-Prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispettur Eman Hayman, oġġezzjonat għal din it-talba.

Il-Qorti mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Audrey Demicoli ma laqgħetx it-talba għall-ħelsien mill-arrest u ħarġet ordni ta’ protezzjoni fuq mart l-imputat.

Ekonomija

Sport