Thursday, March 13, 2025

Jitressaq il-Qorti wara li allegatament wettaq abbuż sesswali fuq minuri

Aqra wkoll

Raġel ta’ 30 sena residenti ż-Żebbuġ Għawdex dalgħodu tressaq b’arrest quddiem il-Maġistrat Bridget Sultana fejn ġie akkużat li fil-jiem u ġranet li għaddew wettaq abbuż sesswali fuq minuri.

Fil-Qorti ntqal li kienet it-tfajla li għandha 15-il sena li għamlet rapport l-Għassa. Il-Pulizija mill-ewwel bdew bl-investigazzjonijiet tagħhom fejn arrestaw lir-raġel.

Filwaqt li l-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi kontrih, l-avukat tad-difiża Dr Frank Anthony Tabone għamel talba għall-ħelsien mill-arrest. Din it-talba sabet l-oppoziżżjoni tal-Prosekuzzjoni li oġġezzjonat għal diversi raġunijiet.

Il-Qorti wara li semgħet liż-żewġ naħat ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u ordnat li r-raġel jibqa’ jinżamm arrestat fil-ħabs ta’ Kordin.

Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Mario Xiberras filwaqt li għall-avukat Ġenerali deher Dr Jurgen Dalli.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport