Saturday, December 21, 2024

Jitressaq il-Qorti wara li xeħet kafe jaħraq f’wiċċ raġel u kissirlu l-kikkra f’wiċċu

Aqra wkoll

Joseph Spiteri, ta’ 64 sena mill-Kalkara, illum ċaħad li darab b’mod gravi lil raġel wara li tefagħlu kafè u anke allegatament kisser il-kikkra f’wiċċ il-vittma f’argument f’Ħaż-Żabbar.

L-Ispettur tal-Pulizija Darren Buhagiar qal lill-Maġistrar Doreen Clarke li l-inċident kien seħħ ilbieraħ fi Pjazza Medjatriċi għall-ħabta tas-6.30 a.m.

Spiteri kien anke mixli li kellu fil-pussess tiegħu sikkina, li hedded lill-vittma, li beda jgħidi fil-pubbliku u li sar il-vettura tiegħu tat-tip Toyota Starlet mingħajr liċenzja valida tas-sewqan.

Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €200 u garanzija personali ta’ €4,000, filwaqt li kien ordnat jiffirma l-għassa darbtejn fil-ġimgħa.

L-avukat Matthew Xuereb deher għall-akkużat, filwaqt li l-avukati Franco Debono u Francesca Zarb dehru għall-allegat vittma.

Ekonomija

Sport