Tlett irġiel li tressqu b’arrest il-Qorti llum baqgħu jinżammu arrestati wara li ġew akkużati li wettqu serqa bi vjolenza.
Huma kienu akkużati li nhar it-12 ta’ Marzu li għaddew, żammew persuna kontra l-volontà tagħha u kien f’dan il-waqt li wettqu serqa ta’ ġojjellerija.
Fost akkużi oħrajn li qed jiffaċjaw hemm li allegatament weġġgħu ħafif lil din il-persuna u li ġarrew arma li taqta u bil-ponta mingħajr permess.
It-tlett irġiel wieġbu mhux ħatja tal-akkużi kontrihom.