Friday, October 4, 2024

Jittella’ b’suċċess il-kunċert ‘A Night at the Palace’

Aqra wkoll

L-Erbgħa filgħaxija, fil-Palazz tal-Girgenti, ittellgħet b’suċċess it-tielet edizzjoni tal-kunċert ‘A Night at the Palace’, bis-sehem tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali.

L-edizzjoni tal-kunċert ta’ din is-sena kienet iddedikata għall-memorja ta’ Jake Vella u waqt il-kunċert inġabru donazzjonijiet b’risq is-santwarji tal-annimali fejn ta’ kuljum issir ħidma sfiqa favur l-annimali minn għadd ta’ voluntiera.

Il-Prim Ministru Robert Abela u Dr Lydia Abela, flimkien ma’ binthom Giorgia Mae kellhom l-opportunità li jiltaqgħu ma’ bosta familji li attendew għal din is-serata mill-isbaħ.

Fid-diskors tagħha, Dr Lydia Abela ħabbret inizjattiva ġdida ‘Solar for the Shelter’, fejn bl-għajnuna ta’ Bajada New Energy, is-santwarji tal-annimali se jkunu qed jingħataw pannelli solari b’xejn. Hija spjegat li din l-inizjattiva se tkun qed ittaffi ftit mill-piż finanzjarju ta’ dawn is-santwarji. Dr Abela temmet billi rringrazzjat lil dawk kollha li attendew għal dan il-kunċert b’għan nobbli.

‘A Night at the Palace’ se jkun qed jintwera fuq l-istazzjon TVM nhar is-Sibt 28 ta’ Settembru fid-9:00pm.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport