Friday, February 20, 2026

Jittella’ kadavru mill-baħar fl-inħawi taċ-Ċirkewwa

Aqra wkoll

Illum, għall-1.00pm, il-Pulizija ġiet infurmata li ntlemaħ ġisem fil-baħar, fl-inħawi taċ-Ċirkewwa.

Hekk kif il-Pulizija ġiet infurmata b’dan ir-rapport, marru minnufih fuq il-post fejn instab kadavru fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni. Membri mill-Forzi Armati ta’ Malta u mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assistew sabiex jittella l-kadavru.

Bis-sejba ġie infurmat il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li appuntat.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport