Wednesday, February 18, 2026

Jittella’ katavru mill-baħar

Aqra wkoll

Il-katavru ntlemaħ għall-ħabta tat-tlieta u nofs ta’ waranofsinhar u l-Pulizija marret minnufih fuq il-post. Bl-assistenza ta’ Patrol boat tal-Forzi Armati ta’ Malta, ittella’ l-katavru mill-baħar u ddaħħal il-Marfa.

F’dan l-istadju, il-katavru ma jistax jiġi identifikat peress li nstab fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata, filwaqt li mistennija ssir awtopsja fuq il-katavru sabiex tiġi stabbilita l-kawża tal-mewt.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport