Monday, January 26, 2026

Jittella’ katavru mill-baħar fil-bajja tal-Ġnejna … instab fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni

Aqra wkoll

Il-Pulizija qiegħda tinvestiga s-sejba ta’ katavru fil-bajja tal-Ġnejna.
Ilbieraħ, għall-ħabta tal-5:30 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata li ntlemaħ ġisem ta’ persuna fil-baħar.

Fuq din l-informazzjoni, il-Pulizija marret fuq il-post fejn sabet il-kadavru, li jidher li huwa ta’ mara, iżda għadu ma ġiex identifikat peress li nstab fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni.

Mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li l-ġisem ilu fil-baħar għal diversi ġranet.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D, li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata, filwaqt li mistennija ssir awtopsja fuq il-katavru sabiex tiġi stabbilità l-kawża tal-mewt.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport