Sunday, January 18, 2026

Jittella’ katavru mill-baħar f’San Ġiljan

Aqra wkoll


Il-Pulizija qiegħda tinvestiga s-sejba ta’ katavru fil-bajja ta’ San Ġorġ, San Ġiljan.
Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-1:00, il-Pulizija ġiet infurmata li ntlemaħ ġisem
ta’ persuna fil-baħar.

Fuq din l-informazzjoni, il-Pulizija marret fuq il-post fejn sabet il-katavru, li huwa ta’ raġel, iżda għadu ma ġiex identifikat peress li nstab fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni.

Mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li l-ġisem kien ilu fil-baħar għal diversi jiem.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat Dr Joseph Mifsud LL.D, li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata, filwaqt li mistennija ssir awtopsja fuq il-kadavru sabiex tiġi stabbilità l-kawża tal-mewt.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport