Ittellgħu l-poloz tal-fażi tal-aħħar 16 tal-Meridianbet FA Trophy, li fihom ġew iffurmati dawn il-konfronti:
Tarxien Rainbows F.C. v Valletta Football Club
Hamrun Spartans Football Club vs Fgura United F.C.
Birkirkara F.C. v Pietá Hotspurs FC
Floriana FC v Żabbar St. Patrick Football Club
Gzira United Football Club v Hibernians F.C.
Żurrieq Football Club v Birzebbuga St. Peter’s FC
Swieqi United FC v Naxxar Lions FC
Il-partiti tal-fażi tal-Aħħar 16 se jintlagħbu bejn 27-29 ta’ Jannar.
Fil-kwarti tal-finali:
Ir-rebbieħ bejn Tarxien Rainbows v Valletta jilgħab kontra r-rebbieħ bejn Hamrun Spartans v Fgura United.
Ir-rebbieħ bejn Birkirkara v Pietà Hotspurs jilgħab kontra r-rebbieħ bejn Floriana v Zabbar St Patrick.
Ir-rebbieħ bejn Gzira United v Hibernians jilgħab kontra r-rebbieħ bejn Mġarr United v Mosta.
Ir-rebbieħ bejn Zurrieq v Birżebbuġa St Peter’s jilgħab kontra r-rebbieħ bejn Swieqi United v Naxxar Lions.
Il-kwarti tal-finali se jintlagħbu bejn it-3 u l-4 ta’ Marzu.
Fis-semi-finali:
Ir-rebbieħ ta’ bejn Tarxien Rainbows, Valletta, Ħamrun Spartans jew Fgura United jilgħab kontra r-rebbieħ ta’ bejn Birkirkara, Pietà Hotspurs, Floriana jew Żabbar St Patrick.
Dan filwaqt li r-rebbieħ ta’ bejn Gżira United, Hibernians, Mġarr United jew Mosta jilgħab kontra r-rebbieħ ta’ bejn Żurrieq, Birżebbuġa St Peter’s, Swieqi United jew Naxxar Lions.
Il-partiti tas-semi-finali se jintlagħbu fl-4 ta’ April.
Il-finali tal-Meridianbet FA Trophy ser tintlgħab fl-24 ta’ Mejju.



