Meta l-Ħamis ittellgħu l-poloz tal-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Champions League, fil-Grimaldi Forum, f’Monaco, il- holders Manchester City ittellgħu fi grupp mhux daqstant diffiċli hekk kif se jiffaċċjaw lil RB Leipzig, Red Star Belgrade u Young Boys.
Il-poloz ġew imtellgħin mill-eks player ta’ Barcelona, Eric Abidal, li rebaħ din il-kompetizzjoni fl-2011, u minn dak ta’ Chelsea, Joe Cole.
Jekk is-Citizens ma tant ġiethom polza diffiċli, mhux l-istess jista’ jingħad għall-ġirien tagħhom, Manchester United, meta se jaffrontaw lil Bayern Munich, FC Copenhagen u Galatasaray.
Iżda l-aktar grupp diffiċli huwa dak F, li huwa kompost minn Paris St-Germain, Borussia Dortmund, AC Milan u Newcastle United, b’dawn tal-aħħar ikunu l-outsiders.
Fi Grupp B, Arsenal u Sevilla m’għandhomx isibuha diffiċli biex ikomplu javvanzaw meta l-grupp tagħhom jinkludu wkoll lil PSV Eindhoven u RC Lens.
Napoli se jiltaqgħu mat-team qawwi ta’ Real Madrid li jinsabu fi grupp delikat minħabba li SC Braga jistgħu jkunu s-sorpriża tal-grupp li jinkludi wkoll lid-debuttanti ta’ Union Berlin.
Anke Grupp D huwa diffiċli u għaldaqstant jidher li se jibqa’ miftuħ u inċert sal-aħħar.
Dan jikkonsisti f’Benfica, Inter, RB Salzburg u Real Sociedad.
Il-poloz tal-gruppi rriżultaw hekk:
Grupp A: Bayern Munich, Manchester United, Copenhagen, Galatasaray
Grupp B: Sevilla, Arsenal, PSV, Lens
Grupp C: Napoli, Real Madrid, Braga, Union Berlin
Grupp D: Benfica, Inter Milan, RB Salzburg, Real Sociedad
Grupp E: Feyenoord, Atletico Madrid, Lazio, Celtic
Grupp F: PSG, Borussia Dortmund, AC Milan, Newcastle
Grupp G: Manchester City, RB Leipzig, Red Star Belgrade, Young Boys
Grupp H: Barcelona, Porto, Shakhtar Donetsk, Royal Antwerp
Id-dati logħbiet tal-Fażi tal-Gruppi huma:
1 Ġurnata: 19–20 Settembru
2 Ġurnata: 3–4 Ottubru
3 Ġurnata: 24–25 Ottubru
4 Ġurnata: 7–8 Novembru
5 Ġurnata: 28-29 Novembru
6 Ġurnata: 12-13 Diċembru
Il-finali se tintlagħab fl-1 ta’ Ġunju, 2024, f’Wembley Stadium.