Il-poloz tal-Assikura Women’s League u l-Assikura Women’s Youth League għall-istaġun 2025/26 ittellgħu nhar il-Ġimgħa, u stabbilew l-ewwel ġranet ta’ logħob kif ukoll is-sekwenza tal-logħbiet għall-clubs kollha fil-kompetizzjonijiet kollha.
Il-poloz saru fis-Centenary Hall, fil-11.00 am, u xxandru b’mod dirett fuq il-pjattaforma ta’ You Tube tal-Malta FA.
Andrew Grech, id-Direttur Maniġerjali ta’ Assikura Insurance Brokers Ltd u Kelly Agius Pace, il-President tal-Kumitat Permanenti għall-Football tan-Nisa, ipparteċipaw fil-poloz.
Sitt timijiet se jikkompetu f’kull kompetizzjoni hekk kif l-istaġun se jippreżenta sfidi u konfronti ta’ profil għoli.
Iż-żewġ kompetizzjonijiet se jsiru fuq erba’ rounds, li jfisser li kull team se jilgħab 20 logħba sa tmiem l-istaġun.
L-ewwel ġurnata ta’ logħob tal-Assikura Women’s League se ssir bejn il-21 u t-23 ta’ Awwissu 2025. Min-naħa l-oħra, l-Assikura Women’s Youth League se jibda fid-19 u l-20 ta’ Awwissu 2025.
ASSIKURA WOMEN’S LEAGUE
L-ewwel ġurnata se tara lil San Gwann FC jilagħbu kontra Hibernians FC, Birkirkara FC jaffrontaw lil Valletta FC filwaqt li Mgarr United jiltaqgħu kontra Swieqi United FC.
ASSIKURA WOMEN’S YOUTH LEAGUE
Fl-ewwel ġurnata, Hibernians FC se jilagħbu kontra Lija Mgarr FC, Birkirkara FC jiffaċċjaw lil Swieqi United FC u Valletta FC jiltaqgħu kontra San Gwann FC.