Wednesday, September 25, 2024

Jittellgħu l-poloz tal-kwarti-finali tal-UEFA Champions League

Aqra wkoll

Hekk kif telgħu l-poloz tal-kwarti tal-finali u tas-semi-finali tal-UEFA Champions League, sar magħruf li l-holders Chelsea se jkunu qed jaffaċċjaw lill-ex champions Ewropej Real Madrid.

Manchester City, il-finalisti tal-istaġun li għadda, ingħataw ukoll polza delikata meta telgġu biex jilagħbu kontra Atletico Madrid, li fir-round preċedenti eliminaw lil Manchester United.

Bayern Munich u Liverpool ingħataw polza ferm aktar komda hekk kif iċ-champions Ġermaniżi se jkunu qed jilagħbu kontra Villarreal, li fir-round preċedenti elimina lil Juventus, filwaqt li l-club Ingliż se jilgħab kontra Benfica.

L-ewwel legs se jintlagħbu fil-5 u s-6 ta’ April bit-tieni legs jintlagħbu fit-12 u fit-13 ta’ April.

Il-UEFA ospitat ukoll il-poloz tar-rabtiet tas-semi-finali u ripetizzjoni tal-finali tas-sena l-oħra bejn Chelsea u Manchester City tista’ tkun fil-prospettiva jekk iż-żewġ timijiet Ingliżi javvanzaw mill-kwarti tal-finali hekk kif jiltaqgħu fl-ewwel partita tal-aħħar erbgħa.

Is-semi-finali l-oħra se tlaqqa’ kontra xulxin lir-rebbieħa tal-partiti Villarreal v Bayern Munich u Benfica v Liverpool.

Il-finali taċ-Champions League se tintlagħab fit-28 ta’ Mejju fi Stade de France f’Pariġi wara li l-UEFA kienet neħħiet lil San Pietruburgu milli tospita l-finali ta’ din is-sena minħabba l-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna.

KWARTI TAL-FINALI

Chelsea v Real Madrid

Manchester City v Atletico Madrid

Villareal v Bayern Munich

Benfica v Liverpool

SEMI-FINALI

Rebbieħ Chelsea v Real Madrid v Rebbieħ Manchester City v Atletico Madrid

Rebbieħ Villareal v Bayern Munich v Rebbieħ Benfica v Liverpool

Sport