Friday, December 27, 2024

Jittellgħu l-poloz tal-kwartifinali tal-Izibet FA Trophy … tispikka Hamrun S. v Birkirkara

Aqra wkoll

Hamrun Spartans telgħu biex jilagħbu ma’ Birkirkara fil-kwarti tal-finali tal-Izibet FA Trophy. Il-poloz ittellgħu mill-eks difensur internazzjonali Malti Brian Said u Franco Degabriele minn Izibet fil-preżenza tad-Direttur tal-Futbol Operations tal-Malta FA Stephen Azzopardi.

Hibernians telgħu biex jilagħbu ma’ Marsaxlokk, Gzira United ma’ Gudja United filwaqt li Mosta telgħu mal-uniku tim li kien fadal miċ-Challenge League, San Ġwann.

Il-partiti se jintlagħbu fl-24 u l-25 ta’ Frar.

Fir-rawnds ta’ qabel, Ħamrun għelbu lil Għajnsielem 3-1 wara l-ħin barrani u lil Valletta 2-1 filwaqt li Birkirkara għelbu lil Nadur Youngsters 4-1 u lil Balzan bil-penalties wara draw ta’ 2-2.

Hibernians għelbu lil Zurrieq 3-1 u Kercem Ajax 8-0. Min-naħa l-oħra, Marsaxlokk għelbu lil Zejtun Corinthians 5-0 u lil Santa Lucia 2-0.

Gzira United eliminaw lil Sliema Wanderers u Qala Saints, u għelbuhom 3-0 u 3-0 rispettivament filwaqt li Gudja United għelbu lil Naxxar Lions 2-1 u Sirens 1-0.

Mosta għelbu lil Melita 3-0 u lil Swieqi United bil-penalties wara draw ta’ 1-1. Min-naħa l-oħra, San Ġwann għelbu lil Mgarr United 3-1 u Pieta’ Hotspurs 2-0.

Ekonomija

Sport