Il-poloz tal-UEFA Conference League ittellgħu minn sitt pots differenti għal total ta’ 36 team.
Kull team jilgħab kontra sitt avversarji bil-logħbiet ikunu tlieta home u tlieta away.
L-ewwel tmien timijiet li jtemmu fil-klassifika, jikkwalifikaw direttament fil-fażi eliminatorja filwaqt li dawk it-timijiet li jispiċċaw mid-disa’ sal-24 post jilgħabu fi play-off fuq bażi ta’ home u away.
Imbagħad, dawk li jispiċċaw mill-25 sas-36 post jiġu eliminati għal kollox mill-kompetizzjoni.
Il-partiti se jintlagħbu f’dawn il-ġranet: 3 ta’ Ottubru, 24 ta’ Ottubru, 7 ta’ Novembru, 28 ta’ Novembru, 12 ta’ Diċembru u 19 ta’ Diċembru.
Olympiakos rebħu t-trofew tal-Conference League fl-2024 biex ikkwalifikaw għall-Europa League.
Il-poloz tal-UEFA Conference League tas-sitt timijiet li kienu ssidjati f’Pot 1 huma:
Chelsea: Gent (H); Heidenheim (A); Astana (A); Shamrock Rovers (H); Panathinaikos (A); Noah (H).
FC Copenhagen: Real Betis (A); Basaksehir (H); SK Rapid (A); Hearts (H); Jagiellona (H); Dinamo-Minsk (A).
Gent: Chelsea (A); Molde (H); Omonoia (H); Lugano (A); TSC (H); Larne (A).
Fiorentina: LASK (H); APOEL (A); Vitoria SC (A); The New Saints (H); St. Gallen (A); Pafos (H).
LASK: Fiorentina (A); Djurgarden (H); Olimpija (A); Cercle Brugge (H); Borac (A); Vikingur (H).
Real Betis: Copenhagen (H); Legia Warsaw (A); Helsinki (H); Mlada Boleslav (A); Petrocub (A); Celje (H).