F’serata mġebbda, mtawla u monotona, ittellgħu l-poloz tat-Tazza tad-Dinja 2026, fil-John F. Kennedy Center for the Performing Arts, fil-belt ta’ Washington, fl-Istati Uniti,
Filwaqt li l-kummidjant Amerikan, Kevin Hart, u l-mudella Ġermaniża, Heidi Klum, kienu l-preżentaturi ta’ din is-serata, il-mistednin tal-unur kienu t-tliet mexxejja tal-pajjiżi ospiti – l- Amerikan Donald Trump, il-Messikana Claudia Sheinbaum u l-Kanadiż Mark Carney.
Fil-bidu tas-serata tkellem il-President tal- FIFA, Gianni Infantino, fejn spikkat il-frażi – “Il-FIFA hija l-fornitur uffiċjali tal-hena għall-umanità.”
Il-President Trump ingħata l-Premju għal Paċi mill-FIFA għall-ħidma kontinwa tiegħu biex jieqaf il-ġlied madwar id-dinja u tirrenja l-paċi.
L-ewwel tliet poloz ittellgħu mit-tliet presidenti tal-pajjiżi ospiti waqt li l-kumplament tal-poloz ittellgħu mill-erba’ leġġendarji sportivi – Tom Brady (Football Amerikan), Shaquille O’Neal (Basketball Amerikan, Wayne Gretzky (IceHockey Kanadiż) u Aaron Judge (Baseball Amerikan).
Biex wieħed jifhem aħjar il-poloz dawn huma l-ismijiet tat-timijiet li f’Marzu se jkunu nvoluti fil-play-offs … kif jidhru fil-kaxxi:
Play-off A: Italja, Wales, Bosnja, Irlanda ta’ Fuq.
Play-off B: Ukrajna, Polonja, Albanija, Svezja.
Play-off C: Turkija, Slovakkja, Kosovo, Rumanija.
Play-off D: Danimarka, Rep. Ċeka, Irlanda, Maċedonja.
Play-off Kon. 1: Kongo, Ġamajka, New Caledonia
Play-off Kon. 2: Iraq, Bolivja, Surinam.


