Sunday, January 18, 2026

Jittellgħu Uffiċjalment il-poloz tat-Tazzi tal-Futsal Malta

Aqra wkoll

Il-Futsal Malta tellgħet l-avveniment annwali tagħha li matulu saru uffiċjalment id-draws għat-Tazzi tal-Futsal, f’okkażjoni li laqqgħet flimkien il-klabbs parteċipanti, l-isponsors u diversi mistednin li kollha jikkontribwixxu għat-tkabbir kontinwu tal-futsal f’Malta.

Il-President tal-Futsal Malta Association, Mark Borg, fetaħ l-avveniment b’ringrazzjament lejn l-isponsors kollha li qed jappoġġjaw dan l-isport, il-Malta Football Association għall-appoġġ kontinwu tagħha, il-klabbs, il-kumitat tal-assoċjazzjoni, kif ukoll dawk kollha involuti sabiex il-futsal jibqa’ jiżviluppa u jikber.

Matul id-diskors tiegħu, Borg ħabbar li t-Tazza tan-Nisa tal-Futsal se tkun sponsorjata minn Enemed, filwaqt li t-Tazza tal-Irġiel se tkun sponsorjata minn Laferla Insurance, hekk kif iż-żewġ sponsors komplew juru l-impenn tagħhom lejn il-futsal Malti.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport