Fi Triq l-Ibraġġ fis-Swieqi lbieraħ filgħodu seħħ inċident li fih jidher li trakk li kien għaddej ġibed il-wires u qala’ l-arblu. F’dan l-inċident il-ħsara kienet viżibbli fejn anke blokok tal-konkos u materjal ieħor spiċċaw fit-triq.
Minkejja dan, kull ħsara u kull periklu tneħħew sa filgħodu stess. Fir-ritratti qegħdin nuru l-ħsara li saret fl-imsemmi inċident u kif l-istess ħsara tranġat mill-ewwel għas-sigurtà tas-sewwieqa u l-pubbliku inġenerali.