Sunday, December 22, 2024

Jitwaqqa’ każ fuq attentat ta’ serq minn karozza aktar minn 20 sena ilu

Aqra wkoll

Każ li kien għaddej fil-Qorti kellu jitwaqqa’ minħabba li ġie preskritt hekk kif għaddew aktar minn 20 sena. Dan il-każ kien dwar raġel li kien akkużat li għamel ħsara u anke pprova jisraq minn karozza fl-2001.

Hu kien akkużat li wettaq dan ir-reat ftit wara li kien ingħata sentenza sospiża ta’ priġunerija

Kien sentejn wara li l-akkużat kien ġie akkużat fil-Qorti u dakinhar hu kien wieġeb mhux ħati.

F’Mejju tas-sena li għaddiet, hekk kif kompla l-każ, il-Prosekuzzjoni kienet talbet biex l-eżami tal-akkużat isir mill-ġdid, iżda d-difiża kienet oġġezzjonat fej nqalet li l-akkużi kontra l-klijent tagħhom kienu preskritti minħabba li għaddew aktar minn 20 sena.

Fis-sentenza tiegħu l-Maġistrat Leonard Caruana qal li l-qorti ma setgħetx tkompli bil-każ minħabba li l-iġi Maltija tagħmilha ċara li l-perjodu ta’ preskrizzjoni jrid jibda mill-ġdid kull darba li l-akkużat jiġi notifikat li se jkompli l-każ tiegħu.

Mis-sentenza rriżulta li l-aħħar notifika li kien irċieva r-raġel biex jidher l-qorti kien fl-2007 u għalhekk il-Qorti ddikjarat li l-akkużi kontrih huma preskritti u nħeles minn kull akkuża.

Ekonomija

Sport