Friday, February 28, 2025

Jitwaqqaf rekord ieħor tal-itwal katina magħmula minn loom bands fl-inqas ħin

Aqra wkoll

The Malta Records bi pjaċir ħabbret li twaqqaf rekord nazzjonali ġdid ġewwa skola statal, dak ta’ l-inqas numru ta’ studenti tal-primarja li jagħmlu l-itwal katina magħmula minn loom bands fl-inqas ħin.

Dan ir-rekord sar ġewwa l-iskola Primarja Dun Karm Psaila, Ħaż-Żebbuġ fi ħdan il-Kulleġġ San Injazju. Grupp ta’ 9 studenti daħlu għal din l-isfida ħelwa. L-istudenti tas-sitt sena huma Kayden Briffa, Zack Bonnici Pepe, Diaz Briffa, Zack Farrugia, Alessandro De Caro, Danas Valantinavicius, Ella Attard, Pearl Schembri u
Rea Cilia Mannino.

Membru tal-ġurija, flimkien mat-tmexxija tal-iskola, għalliema, LSEs u staff anċillari, irrekordja l-ħin u t-tul tar-rekord. Tul ta’ 156.30 metri f’ħin ta’ sagħtejn, 35 minuta u 38 sekonda.

The Malta Records ferħet lil dan il-grupp ta’ studenti involuti u tenniet tgħid li dan huwa rekord interessanti li ppremja x-xogħol fi grupp u li se jservi wkoll biex tiġi mżejna l-iskola primarja ta’ Ħaż-Żebbuġ għal żmien il-Karnival.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport