Fi Triq Garibaldi, fi spezzjoni li saret minn Transport Malta bl-assistenza tal-Pulizija, twaqqfu mal-250 karozza.
Inħarġu fuq 50 taħrika. Ġew konfiskati żewġ vetturi wara li dawn mhux suppost kienu fit-toroq tagħna.
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2023/07/357750326_813907483430661_4839071203263707034_n.jpg)
Il-Ministru għat-Trasport, l-infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia qal li l-ebda abbuż mhu qed ikun tollerat u li s-sigurtà fit-toroq u l-infurzar se jibqgħu prijorità u se nkomplu nintensifikaw il-ħidma f’dan il-kuntest.