Monday, December 23, 2024

Jitwaqqfu 300 karozza u jinħarġu kważi 100 taħrika

Aqra wkoll

Hekk kif l-infurzar minn Transport Malta kompla jiżdied, fl-aħħar sigħat saru spezzjonijiet fi 3 lokalijiet differenti.

F’dawn l-ispezzjonijiet li saru bl-assistenza tal-Pulizija ġew imwaqqfa 300 karozza kif ukoll inħarġu kważi 100 taħrika. Aktar minn hekk saru 3 arresti filwaqt li ġew konfiskati 6 vetturi.

Jonathan Borg, il-Kap Eżekuttiv tat-Transport Malta, waqt li kien ħabbar li kienu saru spezzjonijiet kien irringrazzja l-Uffiċjali tal-ħidma siewja tagħhom filwaqt li stqarr dwar l-importanza li kull sewwieq jirrispetta r-regolamenti tat-traffiku kemm għall-beneffiċju tiegħu nnifsu kif ukoll għal ta’ madwaru.

“Jeħtieġ li nindirizzawhom u għalhekk permezz ta’ dan l-ispezzjonijiet tkun qed titqajjem kuxjenza dwar l-importanza li nirrispettaw ir-regolamenti fit-triq,” kien sostna Borg

Transport Malta tinsab impenjata li taħdem mill-qrib mal-Aġenziji tal-Infurzar f’Malta sabiex intejbu l-istandards fit-toroq tagħna. L-Awtorità qed taħdem qatigħ biex tkun proattiva waqt li jkollha strateġiji ta’ infurzar b’saħħithom.

L-għan aħħari ta’ Transport Malta hu li tippromwovi sewqan responsabbli fit-toroq ta’ pajjiżna

Ekonomija

Sport