Wednesday, July 24, 2024

Jitwettaq proġett favur l-inklużjoni soċjali fl-Isla

Aqra wkoll

Il-Kunsill Lokali tal-Isla implimenta proġett favur l-inklużjoni soċjali permezz ta’ fondi min-Norveġja u fondi tal-Kunsill Lokali. Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli u s-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Malcolm Paul Agius Galea flimkien mas-Sindku tal-Isla Clive Pulis indirizzaw il-konferenza tal-għeluq tal-programm għal proġett “Promoting Social Inclusion in Isla”.

Sabiex jinkiseb l-għan tal-inklużjoni soċjali, il-proġett kien jinkludi diversi elementi differenti. Dawn kienu jinkludu xiri ta’ laptops ġodda, Virtual Reality Set, Projector u Defribilator. Ġie installat ukoll stair lift għall-aktar aċċessibbiltà fil-binja tal-Kunsill Lokali u kif ukoll post ieħor li jservi fil-ħtiġijiet taċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum għall-anzjani li għadhom jgħixu fil-komunità. Dan il-proġett kien jinkludi wkoll l-organizzazzjoni ta’ diversi korsijiet immirati għal persuni ta’ kull età. Dawn il-korsijiet kienu jiġu mogħtija minn kelliema speċjalizzati skont is-suġġett tal-kors. Il-korsijiet kienu ivarjaw minn taħriġ fuq l-użu tal-kompjuter u l-informatika, sa korsijiet fuq is-saħħa.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli faħħret l-impenn tal-Kunsill Lokali tal-Isla sabiex kiseb il-fondi għal dan il-proġett, filwaqt li ammirat l-għan ewlieni tal-proġett li joħloq ambjent fejn kulħadd jista’ jipparteċipa u jinvolvi ruħu fis-soċjetà. “Huwa d-dmir u r-responsabbiltà tagħna bħala l-mexxejja tal-lokalitajiet tagħna li naraw li ħadd ma jaqa’ lura u nimplimentaw proġetti u inizjattivi li jsostnu l-integrazzjoni soċjali”, saħqet is-Segretarju Parlamentari. “Permezz tad-diversi elementi li kien jinvolvi fih dan il-proġett, l-Kunsill Lokali laħaq l-iskop ta’ dan il-programm u verament sostna l-element tal-inklużjoni soċjali fil-lokalità tal-Isla,” temmet tgħid is-segretarju parlamentari.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Malcolm Paul Agius Galea qal li dan il-proġett ippromwova l-inklużjoni soċjali f’din il-lokalità. Huwa qal ukoll li proġetti bħal dawn huma importanti speċjalment meta jkun qed jingħata taħriġ, kemm għall-anzjani kif ukoll għat-tfal u ż-żgħażagħ, f’suġġetti bħas-snajja’, is-saħħa, u l-informatika.

Min-naħa tiegħu s-Sindku tal-Isla Clive Pulis qal li permezz ta’ dan il-proġett, residenti li għal raġunijiet varji kienu esklużi mis-soċjetà, kellhom l-opportunità li jintegraw ruħhom u jissoċjalizzaw ma’ persuni oħra.

Ekonomija

Sport