Sa tmiem it-tieni sessjoni ta’ votazzjoni bikrija fl-elezzjoni għall-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, li saret ilbieraħ f’Malta u f’Għawdex, ivvotaw total ta’ 27.1% tal-Kunsillieri tal-Kunsill Ġenerali eleġibbli.
Is-Sibt li ġej, 30 ta’ Lulju, il-votazzjoni se tinżamm bejn it-8:00 a.m. u l-4:00 p.m. f’Malta u bejn it-8:00 a.m. u s-1:00 p.m. f’Għawdex.
Il-votazzjoni f’Malta qed tinżamm fid-Dar Ċentrali u f’Għawdex fis-Sub-Headquarters tal-Partit f’Ta’ Sannat.