Wara t-tieni jum ta’ votazzjoni fl-elezzjoni għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista vvutaw b’total ta’ 51 fil-mija tal-kunsilliera eleġibbli.
Il-votazzjoni issa tissokta llum is-Sibt 28 ta’ Mejju bil-votazzjoni tkun bejn it-8:00 a.m u l-5:00 p.m fid-Dar Ċentrali f’Tal-Pietá u bejn it-8:00 a.m u t-3:00 p.m fis-Subheadquarters tal-PN f’Ta Sannat. L-għadd tal-voti jibda eżattament wara.
Intant sal-bieraħ filgħaxija stess, l-eks Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi permezz ta’ ritratt li tefa’ minn Pariġi ma naqasx milli jitfa’ botta dwar il-mod kif qiegħda issir din l-elezzjoni. Azzopardi minkejja li b’mod indirett qal li hu jinsab Pariġi inpersona u mhux bil-proxy. Huwa mifhum li hawn kien qiegħed jirreferi għall-fatt li fi stqarrija maħruġa il-Ħamis filgħaxija ntqal li dawk li jinsabu msefrin u huma eleġibbli għandhom dritt li jkollhom prokuratur f’din il-votazzjoni.