Saturday, November 16, 2024

Jixhdu li daħlu fuqhom biex jisirquhom waqt li kienu reqdin

Miċħuda t-talba għall-ħelsien mill-arrest tal-koppja arrestati f’rejd għad-droga fil-Belt

Aqra wkoll

Kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda b’rabta mar-rejd li l-Pulizija wettqet f’residenza fil-Belt u remissa fil-Marsa fit-23 ta’ Awwissu. II-koppja Judith Bakoush u Morat Abdikabir Mohammed xehdu fil-Qorti, li Sibt minnhom f’Awwissu, qamu u sabu ma’ wiċċhom żewġ persuni armati jitolbuhom id-deheb.

Il-koppja bħalissa tinsab mixlija li fit-23 t’Awwissu u fil-ġimgħat ta’ qabel fornew jew offrew li jfornu d-droga kokaina u eroina, kif ukoll li biegħu l-pjanta kannabis u d-droga sintetika.

Min-naħa tiegħu, Adnan Saed, Libjan ta’ 29 sena, wieġeb mhux ħati li seraq, li weġġa’ ħafif lil Morat Abdikabir Mohammed u li kellu sikkina bla permess. Huwa ġie akkużat ukoll b’rabta ma’ każ ieħor li seħħ fl-10 ta’ Awwissu, fi Qui-Si-Sana.

Il-koppja qalu li semgħu lill-ħabibthom tgħajjat minn isfel, li żewġt irġiel, wieħed minnhom b’wiċċu mgħotti daħlu fil-kamra tas-sodda u marru fuq ir-raġel. Huma identifikaw l-aggressuri bħala Ramzi u Adnan.

Bakoush xehdet li provat timbotta lill-aggressur iżda dan qabadha minn wiċċha u qalilha li ma jridx iweġġagħha. Qalet li kien hawn li identifikat lill-aggressur li prova jieħu lis-sieħeb tagħha fil-kamra tal-banju.

Qalet li meta staqsewhom fejn hu d-deheb hija wieġbet li mibjugħ. Bakoush żiedet tgħid li l-aggressuri pprovaw ikissru l-ħġieġa tal-karozza ta’ ħabibtha li pprovat titlaq bis-sieħeb tagħha li kien midrub. Qalet li min-naħa tagħha bdiet tagħtihom b’ħadida sakemm ħarbu u allegat għal darba darbtejn li huma riedu joqtluh.

Filwaqt li rrifjutat li twieġeb dwar x’jaħdem is-sieħeb tagħha, Bakoush qalet li fid-dar kien hemm id-deheb u €5,000 fi flus kontanti. Min-naħa tiegħu, Morat qal li ż-żewġt irġiel marru għalih. Qal li ntilef minn sensih u waqt li kien fil-karozza beda jħossu qed imut. Qal li aktar tard wieħed mill-irġiel ċempillu u offrielu l-flus biex l-istorja tieqaf hemm iżda hu ma aċċettax. Kompla jgħid li kieku ma ħarabx kien jispiċċa maqtul.

Il-każ mistenni jkompli fil-jiem li ġejjin. Id-difiża mmexxija mill-Avukati Franco Debono u Francesca Zarb talbet għall-ħelsien mill-arrest tal-koppja, liema talba ġiet miċħuda mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras.

Ekonomija

Sport