Friday, February 28, 2025

JIXTIEQU JAGĦMLU APOLOĠIJA LIL ĠURNALISTI KOLLHA  U JIXTIEQU JGĦIDU LI GĦANDHOM RISPETT KBIR LEJHOM 

Aqra wkoll

Min-naħa tagħha, il-Prosekuzzjoni spjegat li l-każ seħħ l-Erbgħa filgħaxja meta żewġ ġurnalisti u cameraperson allegatament sfaw attakkati mit-tliet individwi. Id-Difiża f’dan l-istadju tiddikjara li mhux qed tikkonesta l-fatt li nħareġ l-manda a’ arrest.

Il-Maġistrat Kevan Azzopardi spjega li l-ġurnalisti għandhom is-saħħa u li bir-rappurtaġġ tagħhom, ix-xogħol tal-ġurnalist jitqies bħala wieħed importanti. 

L-avukata Ramona Attard li kienet qed tirrapreżenta lill-vitmi, spjegat li l-kliem li intqalu lill ġurnalisti kienu xokkanti. Irrimarkat li minbarra li saret apoloġija fuq Facebook, aprezzat il-fatt li għall-ewwel darba din qed issir fil-Qorti. 

Id-Difiża mmexxija mill-Avukat Franco Debono spjegat illi t-tlett akkużati jiddispjaċihom għal dak kollu illi għamlu. Spjega illi dak li sar, sar f’mument ta’ tenzjoni għax kellhom lil xi ħadd minn tal-familja li tressaq bħala akkużat. 

1:20 p.m.- Żewġ nisa u raġel fil-Qorti wara li allegatament heddew xi ġurnalisti barra l-binja tal-Qorti

Fil-ħin li ġej quddiem il-Maġistrat Kevan Azzopardi, se jibda jinstema’ l-każ fil-konfront ta’ tliet persuni li allegatamen heddew lil xi ġurnalisti barra l-binja tal-Qorti.

L-allegat theddid seħħ jumejn ilu filgħaxija, hekk kif il-Qorti ressqet 4 persuni b’rabta mas-serqa ta’ 226 kilo kannabis minn kontejner li kien taħt il-kustodja tal-Forzi Armati.

Aktar aġġornamenti mal-ħin !

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport