Fi Frar li għadda, l-impjiegi full time żdiedu b’6.8%, filwaqt li dawk b’impjieg part time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom żdiedu b’4.7% meta mqabbla ma’ Frar tas-sena li għaddiet.
Ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) fuq tagħrif mogħti minn Jobsplus juri li fi żmen sena l-għadd ta’ ħaddiema (esklużi part timers) żdiedu b’6.8% sabiex laħqu l-286,612.
L-impjiegi full time rreġistrati fis-settur privat telaʼ bi 17,303 persuna għal 233,504. Min-naħa l-oħra, l-impjegi full time fis-settur pubbliku żdiedu b’937 għal 52,012.
L-għadd taʼ nies irreġistrati li jaħdmu għal rashom full-time telaʼ bi 839 meta mqabbel maʼ Frar tal-2023, mentri l-għadd taʼ persuni rreġistrati bħala impjegati żdiedu bi 17,401.