Monday, December 23, 2024

Jiżdiedu b’7.3% l-impjiegi full time f’Jannar

Aqra wkoll

F’Jannar li għadda, l-impjiegi full time żdiedu b’7.3%, filwaqt li dawk b’impjieg part time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom żdiedu b’4.0% meta mqabbla ma’ Jannar tas-sena li għaddiet.

Ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) fuq tagħrif mogħti minn Jobsplus juri li fi żmen sena l-għadd ta’ ħaddiema (esklużi part timers) żdiedu b’7.2% sabiex laħqu l-285,537

L-impjiegi full time rreġistrati fis-settur privat żdiedu b’18,284 persuna għal 232,490. Min-naħa l-oħra, l-impjegi full time fis-settur pubbliku żdiedu b’1,003 għal 51,990 

L-għadd taʼ nies irreġistrati li jaħdmu għal rashom full-time telaʼ bi 804 meta mqabbel maʼ Jannar 2023, mentri l-għadd taʼ persuni rreġistrati bħala impjegati żdiedu bi 18,483. Ħareġ ukoll li l-irġiel li jaħdmu full-time żdiedu b’7.5%,filwaqt li n-nisa żdiedu bʼ6.9% fuq is-sena taʼ qabel.

Ekonomija

Sport