Tuesday, May 14, 2024

Jiżdiedu l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol fl-ewwel sitt xhur tas-sena

L-akbar ammont ta’ każi reġistrati fis-settur tal-manifattura

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minkejja r-regolamenti u l-liġijiet li jħarsu s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol, b’danakollu l-inċidenti – ħfief u serji – għadhom iseħħu fuq il-postijiet tax-xogħol. Dan kollu rriżulta minn ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika bbażati fuq l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena.

In-numru ta’ rapporti relatati ma’ inċidenti mhux fatali fuq il-post tax-xogħol fl-istess perjodu żdiedu bi 33 jew 2.9 fil-mija meta kkumparat mal-istess perjodu tas-sena ta’ qabel. Fl-istess perjodu ta’ din is-sena kien hemm 9 inċidenti fatali.

Skont records amministrattivi kien hemm 1,164 persuna li kienu involuti f’inċidenti mhux fatali fl-ewwel sitt xhur tal-2022. L-akbar ammont ta’ dawn l-inċidenti seħħew fis-settur tal-manifattura f’total ta’ 190 każ, segwiti minn 164 każ fis-settur tat-trasportazzjoni u l-ħażna u 151 każ fis-settur tal-kostruzzjoni.

L-istatistika turi wkoll li kważi nofs il-każi rappurtati kienu jikludu persuni li sofrew ġrieħi mill-qadd ’il fuq l-aktar fis-swaba’ u fl-idejn. Irriżulta wkoll li 386 tal-inċidenti reġistrati fl-istess perjodu seħħew f’postijiet tax-xogħol kbar li jħaddmu 500 impjegat jew iktar.

Meta mqabbel l-istess perjodu bejn l-ewwel nofs ta’ din is-sena u s-sena li għaddiet, l-inċidenti fatali fuq il-post tax-xogħol żdiedu minn sitta għal disgħa.

Sport