FʼDiċembru 2025, l-għadd taʼ kuntratti taʼ bejgħ taʼ proprjetajiet residenzjali kien jammonta għal 1,173, li juri żieda taʼ 5.1 fil-mija meta mqabbel maʼ dawk irreġistrati fʼDiċembru 2024. Bʼkollox, il-valur taʼ dawn il-kuntratti laħaq it-€389.2 miljun, żieda taʼ 6.9 fil-mija meta mqabbel mal-valur irreġistrat fʼDiċembru 2024.
Dan joħroġ minn statistika ppubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO). L-istatistika turi wkoll li fʼDiċembru 2025, kienu rreġistrati 1,361 konvenju taʼ proprjetajiet residenzjali, li huma riflessi fʼżieda taʼ 30.4 fil-mija fuq is-sena taʼ qabel. L-individwi li kienu involuti fʼdawn il-konvenji kienu jgħoddu 1,203 (jew 88.4 fil-mija), filwaqt li l-bqija kienu jinvolvu kumpaniji.

