Saturday, December 21, 2024

Jiżdiedu l-kuntratti u l-konvenji fix-xahar ta’ Settembru

Aqra wkoll

FʼSettembru 2024, l-għadd ta’ kuntratti ta’ bejgħ ta’ proprjetà residenzjali ammonta għal 1,007, li juri żieda ta’ 171 kuntratt meta mqabbel ma’ dawk li kienu rreġistrati sena qabel. Fl-istess xahar, kienu rreġistrati 1,046 konvenju, li juru żieda ta’ 22 wieħed meta mqabblin ma’ dawk tas-sena li għaddiet.

Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) turi li meta mqabblin mal-ammonti rreġistrati fʼSettembru 2023, il-kuntratti ta’ bejgħ żdiedu bʼ20.5 fil-mija, filwaqt li l-konvenji żdiedu bi 2.1 fil-mija.

FʼSettembru 2024, l-akbar ammonti taʼ kuntratti taʼ bejgħ kien irreġistrat fid-Distrett tat-Tramuntana tal-Port u fid-Distrett tat-Tramuntana, bʼtotal taʼ 327 u 197 kuntratt, rispettivament. L-akbar ammonti taʼ kuntratti taʼ bejgħ kienu rreġistrati fʼdawn il-lokalitajiet: San Pawl Il-Baħar (87), Birkirkara (52) u Il-Mosta (46).

L-NSO qalet li l-akbar għadd taʼ konvenji taʼ proprjetajiet residenzjali kien irreġistrat fid-Distrett tat-Tramuntana tal-Port bi 312-il konvenji, segwit mid-Distrett tat-Tramuntana bʼ193 konvenju.

L-akbar għadd taʼ konvenji kien irreġistrat fʼdawn il-lokalitajiet: San Pawl Il-Baħar (78), Birkirkara (55) u Marsaskala (46).

Ekonomija

Sport