Tuesday, July 22, 2025

Jiżdiedu l-persuni li jaħdmu full-time

Aqra wkoll

Fi Frar 2025, in-numru taʼ persuni rreġistrati li jaħdmu full-time kien jammonta għal 294,249, żieda taʼ 3.5 fil-mija fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel.

Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) turi li l-għadd taʼ persuni li kellhom part-time bħala x-xogħol primarju tagħhom laħaq l-34,989, żieda taʼ 5.9 fil-mija fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel.

In-numru taʼ persuni jaħdmu full-time fis-settur privat żdied bi 3.4 fil-mija fi żmien tnax-il xahar biex laħaq il-240,275.

L-għadd taʼ persuni jaħdmu full-time fis-settur pubbliku żdied bi 3.8 fil-mija minn Frar 2024 u kien jammonta għal 53,974.

Fuq il-livelli rreġistrati fi Frar 2024, l-għadd taʼ rġiel bʼimpjieg full-time telaʼ bi 3.0 fil-mija biex laħaq il-177,453, filwaqt li l-għadd tan-nisa żdied bʼ4.2 fil-mija biex laħaq il-116,796.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport