Saturday, December 21, 2024

Jiżdiedu żewġ speed cameras oħra fi Triq il-Kosta

Aqra wkoll

Fil-ġranet li ġejjin l-Aġenzija tal-Infurzar Lokali (LESA), fuq approvazjoni ta’ Transport Malta, ser tkun qed tikkonkludi l-proċess ta twaħħil ta’ żewġ speed cameras fi Triq il-Kosta, direzzjoni lejn in-naħa ta’ isfel ta’ Malta.  Dawn il-kameras huma parti mill-pjan ta’ sigurta’ f’din it-triq, u jikkumpliemtna dawk imwaħħlin diġà ftit tax-xhur ilu, direzzjoni lejn in-naħa ta fuq ta Malta

Il-pjan ta’ din it-triq ġie determant fuq rakkomandazzjonijiet li ħarġu minn Inkjesta Maġisterjali, wara li kien hemm diversi inċidenti. Il-lokazzjoni ta’ dawn il-kameras se jkunu propju f’dawk il-postijiet li l-iktar saru inċidenti u bil-għan li dawn il-black spots jiġu indirizzati. Din l-informazzjoni setgħet isir wara li sar l-istudju neċessarju.

Permezz ta’ dan l-investiment, LESA u TM qed ikomplu jaħdmu flimkien biex jonqsu l-inċidenti fit-toroq Maltin.

Ekonomija

Sport