Id-difensur internazzjonali Daniż ta’ Crystal Palace, Joachim Andersen, irċieva theddid serju wara d-draw ta’ 1-1 kontra Liverpool f’Anfield.
Dan minħabba li huwa aċċentwa l-waqgħa u ma ċċaqlaqx sakemm l-attakkant ta’ Liverpool, Darwin Nunez, intwera l-karta l-ħamra wara li għamel kuntatt b’saħħtu miegħu b’rasu waqt argument jaħraq.
Bosta huma dawk il-partitarji tar-Reds li ħassewhom misruqa bl-aġir ta’ Andersen u għaldaqstant bagħtulu “l-isbaħ xewqat” fuq il-media soċjali.
Kien hemm messaġġi ta’ “… niġi noqtol lilek u mbagħad noqtol lill-familja tiegħek” …. u “kellu bżon l-ajruplan jaqa’ bik int u tirritorna lejn Londra.”
Il-club ta’ Cyrstal Palace qed jieħu dan it-theddid b’serjetá kbira fejn se jressaq l-ilment tiegħu lill-pulilżija.