Saturday, December 21, 2024

Joan Laporta jinsisti li Ousmane Dembele jrid jibqa’ ma’ Barcelona

Aqra wkoll

Il-president ta’ Barcelona, Joan Laporta insista li Ousmane Dembele jrid jibqa’ fil-Camp Nou.

Il-kuntratt tal-player internazzjonali ta’ Franza mal-ġganti Katalani għandu jiskadi fis-sajf li ġej, u clubs bħal Manchester United, Liverpool u Juventus huma maħsuba li huma ħerqana li jiffirmawh bi free transfer.

Laporta żvela li Barcelona jinsabu f’diskussjonijiet mal-aġent taż-żagħżugħ ta’ 24 sena dwar ftehim ġdid, u l-club jittama li jista’ jintlaħaq ftehim fil-futur qrib.

“Hemm relazzjoni tajba ħafna ma’ Dembele u qed nitkellmu mar-rappreżentant tiegħu,” qal Laporta. “Ousmane jrid jibqa’ magħna. Huwa player li jinteressana ħafna. Li jkun jista’ jilgħab ikun essenzjali biex it-team jitjieb. Il-coach jaħseb hekk.

Dembele, li nhar il-Ħadd jista’ jirritorna minn injury fl-irkoppa kontra Valencia, skorja 30 goal u rreġistra 21 assist fi 118-il dehra għat-team preżenti tiegħu fil-kompetizzjonijiet kollha.

Ekonomija

Sport