Meta kien qed jitkellem ma’ sit elettroniku Spanjol, id-difensur internazzjonali Portugiż Joao Cancelo fisser kemm jinsab għal qalbu ma’ Barcelona u kemm jixtieq jibqa’ magħhom għal iktar snin minkejja li hu jinsab hemm fuq bażi ta’ self.
Fil-fatt, l-eks difensur ta’ Benfica, Juventus, Valencia u Inter jinsab fuq bażi ta’ self mal-Blaugrana mingħand Manchester City u naturalment hu jaf li mal-kowċ Pep Guardiola ftit għandu ċans jilgħab.
Barcelona qed jaħdmu sabiex isir trasferiment permanenti għalkemm iridu jistennew risposta mingħand Barcelona dwar il-prezz tiegħu.