Jidher li Bayern Munich u Manchester City huma mistennija jilħqu ftehim dwar trasferiment ta’ self tad-difensur Portugiż, Joao Cancelo, sal-aħħar tal-istaġun hekk kif il-player diġá aċċetta t-termini tal-club Ġermaniż.
Jekk ma jkun hemm l-ebda ostaklu, illum Cancelo mistenni jmur lejn il-Bavarja biex isirlu t-test mediku.
Dan it-trasferiment ġie bħala sorpriża kbira minħabba li dan il-player Portugiż kien wieħed mill-aktar players utilizzati mill-coach, Pep Guardiola.
Iżda qed jingħad li r-relazzjoni bejn Guardiola u Cancelo ddeterjorat matul l-aħħar ġimgħat u għaldaqstant huwa stess talab biex jitlaq mill-club.
Min-naħa tagħhom, Bayern se jtemmu waħda mill-problemi kbar li kellhom hekk kif Cancelo se jimla l-vojt li ħalla Lucas Hernandez permezz tal-injury li sofra fit-Tazza tad-Dinja.