Is-sitwazzjoni tal-attakkant żagħżugħ Portugiż Joao Felix għadha mhux ċara. Dan tal-aħħar jinsab misluf ma’ Chelsea mingħand Atletico Madrid u għadu jrid jara x’jaqbillu jagħmel fil-bidu tal-istaġun li ġej. Qalbu qed tgħidlu li għandu jibqa’ mal Blues għalkemm moħħu qed jgħidlu mod ieħor hekk kif it-tim minn Londra qed jirriskja li jibqa’ barra mill-kompetizzjonijiet Ewropej.
Barra minn hekk, Felix żgur ma jridx jirritorna ma’ Atletico Madrid b’bosta ġurnali Ingliżi li qed jiżvelaw li hu stess jista’ jingħaqad ma’ Manchester United.
Felix lagħab tmien logħbiet kemm ilu li ngħaqad ma’ Chelsea filwaqt li skorja żewġ gowls.