Il-midfielder internazzjonali Portugiż, Joao Felix, irid iħallil Atletico Madrid wara li tħalla fuq il-bank tas-sostituti fid-draw ta’ 0-0 kontra Club Brugge valida mill-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League.
Il-player ta’ 22 sena deher irrabjat meta fl-aħħar ħinijiet tallogħba, il-coach Diego Simeone, sejjaħ lis-sostitut Axel Witsel biex jidħol jilgħab.
Din kienet ir-raba’ logħba konsekuttiva li fiha Felix beda fuq il-bank tas-sosituti bit-total ta’ minuti jkun dak ta’ 29.
Għaldaqstant, Felix qed jikkunsidra biex f’Jannar li ġej iħalli l-club hekk kif jemmen li Simeone se jibqa’ fit-tmexxija tal-club għal dawn is-sentejn li ġejjin bis-sitwazzjoni ta’ bejniethom xejn ma hija sostenibbli.