Saturday, September 14, 2024

Joao Mario ma’ Besiktas

Aqra wkoll

L-eks plejer ta’ Inter, il-Portugiż Joao Mario ħalla lil Benfica sabiex mar jilgħab fit-Turkija ma’ Besiktas. Illum il-ġurnata l-plejer għandu 31 sena u se jkun qed jingħaqad ma’ Ciro Immobile li tant irnexxa ma’ dan it-tim.

Joao Mario ntlaqa’ fl-ajruport ta’ Istanbul min-numru ta’ partitarji ta’ Besiktas. F’kumment qasir li ta, Joao Mario qal li se jagħti dak kollu possibbli sabiex it-tim il-ġdid tiegħu jkun ta’ sfida għal diversi timijiet prestiġġjużi fit-Turkija.

Besiktas ħallsu s-somma ta’ €5 miljun għalih.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport