Liverpool jinsabu ferm interessati li jiksbu s-servizzi tal-attakkant ta’ Brighton and Hove Albion Joao Pedro. Dan il-plejer kien rappurtat li beda taħditiet ma’ Chelsea wkoll u għalhekk hi kwistjoni min minn dawn il-klabbs se jkun qed joffri l-aktar flus biex jakkwistah.
Min jikseb il-firma ta’ dan il-plejer irid iħallas is-somma ta’ £100 miljun minħabba li Pedro għandu kuntratt mas-Seagulls ta’ Ġunju 2028.