Tuesday, December 24, 2024

Jodi Jones jegħleb lil Messi u lil Muller fit-totali tal-assists

Aqra wkoll

Il-player internazzjonali Malti, Jodi Jones, kien jinsab ras imb’ras ma’ żewġ players kbar, Thierry Henry (2002-03) ta’ Arsenal u Kevin de Bruyne (2019-20) ta’ Manchester City f’dawk li huma assists fi staġun wieħed fl-erba’ kampjonati fl-Ingilterra u l-ewwel wieħed li kien imiss issuperahom it-tnejn u fl-istess ħin daħal fil-kotba tar-rekords.

L-assist li ried – it-22 wieħed – wasal ukoll biex qabeż quddiem l-uniċi players li kienu jinsabu quddiemu fl-erba’ kampjonati kbar tal-Ewropa f’dawn l-aħħar 20 sena, b’Tho­mas Muller u Lionel Messi jirreġistraw 21 assists fl-istaġun 2019-20 għal Bayern Munich u Barcelona rispettivament.

Jones kien magna tal-assists, jipprovdi cross wara l-ieħor għal sħabu, u dan minkejja li kien għadda minn tliet injuries tal-Ante­rior Cruciate Ligament (ACL) ta’ rkopptu f’daqstant snin fiż-żmien li kien fuq il-kotba ta’ Coventry City. Jones qed ikollu l-aqwa staġun tal-karriera tiegħu f’Meadow Lane.

Nhar it-Tlieta l-County irritornaw għar- rebħ wara sensiela negattiva meta għelbu lil Bradford 3-0 barra minn darhom b’goals minn Macauley Langstaff (12) grazzi għall-assist ta’ Jones, u doppjetta ta’ Alassana Jatta (57, 94). Huwa ġie mibdul fit-88 minuta meta r-rebħa kienet ġewwa.

Issa Notts jinsabu fit-13-il post b’51 punt, sitta inqas mill-aħħar team fil-pożizzjonijiet tal-play-offs.

Ekonomija

Sport