Sunday, December 22, 2024

Joe Biden “ottimist” li jista’ jintlaħaq ftehim għal waqfien mill-ġlied f’Gaża.

Aqra wkoll

“Ninsabu eqreb milli qatt konna,” qal il-President Amerikan wara l-aħħar taħditiet, u żied li kien qed jibgħat lis-Segretarju tal-istat tiegħu l-Iżrael biex ikompli l-“isforzi intensivi biex jiġi konkluż dan il-ftehim”.

Fost tħassib li l-Iran jista’ jniedi attakk fuq Iżrael għall-assassinju tal-mexxej tal-Hamas Ismail Haniyeh f’Tehran, is-Sur Biden qal “ħadd fir-reġjun m’għandu jieħu azzjonijiet biex jimmina dan il-proċess”.

Il-Ħamas esprima xettiċiżmu dwar iċ-ċansijiet ta’ ftehim. U mingħajr ma semma l-possibilità ta’ waqfien mill-ġlied, Iżrael qal li “japprezza l-isforzi tal-Istati Uniti u l-medjaturi biex jikkonvinċu lill-Hamas minħabba r-rifjut tagħha għal ftehim ta’ ħelsien mill-ostaġġi”.

Fi stqarrija konġunta, l-Istati Uniti, il-Qatar u l-Eġittu stqarrew li ppreżentaw proposta għal ftehim ta’ waqfien mill-ġlied u ħelsien tal-ostaġġi li “jnaqqas id-distakki” bejn l-Iżrael u l-Hamas.

L-Iżrael qal li kull ftehim ta’ waqfien mill-ġlied ikun jeħtieġ il-ħelsien tal-bqija tal-ostaġġi li ttieħdu f’Gaża mill-militanti waqt l-attakk tas-7 ta ’Ottubru fuq l-Iżrael. Uħud mill-251 ostaġġi diġa’ nħelsu, filwaqt li oħrajn hu maħsub li m’għadhomx ħajjin.

Din mhux l-ewwel darba li l-President Amerikan qal li ħaseb li ftehim kien viċin u mhux kulħadd qed jaqsam l-ottimiżmu kawt tiegħu.

Ftehim maqbul f’Novembru ra lill-Ħamas jeħles 105 mill-ostaġġi bi tpattija għal waqfien mill-ġlied ta’ ġimgħa u l-ħelsien ta’ madwar 240 priġunier Palestinjan f’ħabsijiet Iżraeljani. Iżrael qed jgħid li 111-il ostaġġ għadhom maqbudin u li 39 minnhom huma preżunti mejta.

L-ewwel fażi tal-ftehim li qed jibbaża fuqu Biden huwa bbażata fuq il-proposta tal-Iżrael tas-27 ta’ Mejju u tinkludi “waqfien mill-ġlied sħiħ u komplet” li jdum sitt ġimgħat, l-irtirar tal-forzi Iżraeljani miż-żoni popolati kollha ta’ Gaża, u l-iskambju ta’ wħud mill-ostaġġi – inklużi n-nisa, l-anzjani u l-morda jew midruba mal-priġunieri Palestinjani miżmuma fl-Iżrael.

It-tieni fażi tkun tinvolvi l-ħelsien tal-ostaġġi ħajjin l-oħra kollha u “tmiem permanenti għall-ostilitajiet”. It-tielet fażi tinkludi l-bidu ta’ pjan kbir ta’ rikostruzzjoni għal Gaża u r-ritorn tal-fdalijiet tal-ostaġġi mejtin.

Ekonomija

Sport